Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Kalejdoskopju, dinja ta' lwien,
tbiddel kuljum il-kulur
Żernaq bl-oranġjo, l-għabex sewdien
Mużajk ta' ċar u skur.
Vjola t-tut, il-qamħ qed jisfar,
jiħdar il-ħaxix ħażin
L-ikħal tal-baħar, l-abjat tal-blat
L-aħmar nar tal-pepprin
Fejn hu l-pittur? Min kien l-iskultur?
Bilfors illi kien professur!
Kif pinġa x-xemx, l-għoljiet u l-widien?
Kif ħejja l-kapulavur?
Kalejdoskopju, bil-lejl, bi nhar
Sinjali mas-sema u l-art
Kwiekeb tal-fidda, felli tad-deheb
it-twapet inksew bil-ward.
Fejn hi l-qawsalla, kif dabet fis-sħab
li żebgħet ġwenħajn it-tjur,
li niżlet f'bejta kamaleonti
qalb il-ħawħ u t-tin misjur.
Fejn hu l-pittur? Min kien l-iskultur?
Bilfors illi kien professur!
Kif pinġa x-xemx, l-għoljiet u l-widien?
Kif ħejja l-kapulavur?
Semmgħuli ftit l-għajtiet tal-merħliet
il-kant tan-novell kanarin
l-għanja tal-grillu, il-ħoss tal-flawt,
kunċert bl-armonju u l-vjolin
l-għanja tal-grillu, il-ħoss tal-flawt,
kunċert bl-armonju u l-vjolin
Fejn hu l-pittur? Min kien l-iskultur?
Bilfors illi kien professur!
Kif pinġa x-xemx, l-għoljiet u l-widien?
Kif ħejja l-kapulavur?
dal-kapulavur.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .