Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Darba qomt filgħodu kmieni bla ma naf kif għandi nqis,
ġietni dlonk l-ispirazzjoni li ridt nibdel il-pajjiż.
Ġbart xi nofs tużżana miegħi, bdejna nimmarċjaw fit-triq,
min bis-sewwa w min iħanxar qalb murtali w għajjat sfiq.
Min il-bieb sabbtilna f'wiċċna u min stmagħna ta' xi rè
min għamlilna intervista w min bagħtna nieħdu kafè.
Min ibierek, min izekzek, min waqqagħna għaż-żufjett.
Min għaddiena ta' spissjati, b'ħarsa tinfed daqs stallett.
Irridu ftit daqsxejn tolleranza fil-pajjiż,
forsi b'hekk jonqsu l-kalmanti, il-kliem fil-vojt u l-ħmerijiet.
Mela naraw ftit x'sejrin nagħmlu biex niftehmu b'wiċċ il-ġid
għax jien xbajt ngħaddi ħajja tat-tilqit... ħajja tat-tilqit.
Dak inhar ma' kollox qbadna - kif il-Belt qisu kunvent,
kif il-ħabs sar bħal lukanda w fuq il-ħsara tal-ambjent.
Fuq it-taxxi w l-irċevuti, fuq l-istereo tal-ġirien,
fuq kif meta sħabek laħqu kulħadd donnu sar dubbien!
Irridu ftit daqsxejn tolleranza fil-pajjiż,
forsi b'hekk jonqsu l-kalmanti, il-kliem fil-vojt u l-ħmerijiet.
Mela naraw ftit x'sejrin nagħmlu biex niftehmu b'wiċċ il-ġid
għax jien xbajt ngħaddi ħajja tat-tilqit... ħajja tat-tilqit.
Kif kull meta nxommu l-Għarab dlonk ngħajruhom maħmuġin,
biex imbgħad xi friġġ jew saqqu fl-eqreb għalqa mormijin.
Biex inżommu t-tradizzjoni arak sejjer il-quddies
biex imbgħad b'kuxjenza ħielsa tara x'taqla' fuq in-nies.
Irridu ftit daqsxejn tolleranza fil-pajjiż,
forsi b'hekk jonqsu l-kalmanti, il-kliem fil-vojt u l-ħmerijiet.
Mela naraw ftit x'sejrin nagħmlu biex niftehmu b'wiċċ il-ġid
għax jien xbajt ngħaddi ħajja tat-tilqit... ħajja tat-tilqit.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .